Illustration PASS 1: Firma tal-Patt tas-Sindki

Ħu sehem f’inizjattiva politika b’saħħitha

Bil-firma tiegħek, inti tagħmel ferm aktar minn stqarrija pubblika: inti timpenja ruħek li tikkontribwixxi lejn il-kisba tal-oġġettivi tal-Unjoni Ewropea għall-enerġija u l-klima. Permezz tal-Patt tas-Sindki, inti tieħu sehem f’komunità li tgħaqqad flimkien awtoritajiet lokali bl-istess impenn u ambizzjonijiet. Inti tista’ tiskambja l-esperjenza tiegħek ma’ awtoritajiet lokali oħrajn, f’livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, u tibbenefika minn eżempji li jispirawk. Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni, ideat u passi prattiċi lejn l-għan komuni tagħna li niksbu mitigazzjoni u adattament lokali għat-tibdil fil-klima.

Mistoqsijiet?

Impenn ambizzjuż

Il-firmatarji tal-Patt tas-Sindki kollha jagħtu impenn voluntarju biex jaħdmu lil hinn mill-oġġettivi tal-UE f’termini ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet CO2 u sabiex jżidu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima.

Biex jilħqu dawn l-oġġettivi, l-awtoritajiet lokali jmpenjaw rwieħhom li:

  1. Tħejji
    • Inventarju Bażi tal-Emissjonijiet u
    • Evalwazzjoni tar-Riskju tat-Tibdil tal-Klima u l-Vulnerabilità
  2. Sottomissjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima fi żmien sentejn wara d-data t’hawn fuq tad-deċiżjoni tal-kunsill muniċipali
  3. Rapportaġġ ta’ progress kull tieni sena wara s-sottomissjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima.

L-impenn politiku formali tal-firmatarji ikun jeħtieġ li jissarraf f’miżuri u proġetti. Bħala firmatarju, inti taċċetta li tirrapporta u li tkun immonitorjat miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tas-SECAP tiegħek. Intitaċċetta wkoll t-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-awtorità lokali tiegħek fil-Patt tas-Sindki fil-każ ta’ non-konformità.

Jekk jogħġbok agħti ħarsa lejn il-prinċipji u l-passi ewlenin li l-firmatarji kollha tal-Patt għandhom iżommu f’moħħhom meta jelaboraw is-SECAP tagħhom. Dawn il-prinċipji huma marbuta mal-impenji meħuda mal-iffirmar tal-Patt u jikkostitwixxu fatturi ta’ suċċess ewlenin.

Aktar informazzjoni: Ktejjeb ta’ gwida dwar il-Pjan ta’ Azzjoni u Pass 1. tal-Għodda ta’ Apoġġ għall-Adattament Urban

Mistoqsijiet? =* X’impenji għandhom iwettqu l-firmatarji tal-Patt?

Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali