Illustration Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija

Indikat bħala l-“ikbar inizjattiva urbana tal-klima u l-enerġija fid-dinja” mill-Kummissarju Miguel Arias Cañete, il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija jlaqqa’ flimkien eluf ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali kommessi, volontarjament, biex jimplimentaw l-għanijiet tal-klima u l-enerġija tal-UE fit-territorju tagħhom.

Il-firmatarji l-ġodda issa qed jikkommettu ruħhom biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-inqas 40% sal-2030 u li jadottaw approċċ integrat biex jittrattaw il-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima.

PDF - 670.1 kb
Covenant of Mayors for Climate & Energy - Leaflet
Leaflet introducing the Covenant of Mayors for Climate & Energy and the benefits of joining. A high-definition PDF is available upon request.
Send a request.
български (bg); čeština (cs); dansk (da); Deutsch (de); eesti (et); ελληνικά (el); English (en); español (es); français (fr); Gaelic (ga); hrvatski (hr); italiano (it); lietuvių (lt); latviešu (lv); magyar (hu); Malti (mt); Nederlands (nl); polski (pl); português (pt); română (ro); slovenčina (sk); slovenščina (sl); suomi (fi); svenska (sv).


Qafas u Integrazzjoni Ġdida ta’ Adattament 2030

Fis-sajf 2015, xprunati mill-Kummissarju Miguel Arias Cañete, il-Kummissjoni Ewropea u l-Patt tal-Uffiċċju tas-Sindki nedew proċess ta’ konsultazzjoni bl-appoġġ tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni biex jiġbru l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar il-futur tal-Patt tas-Sindki. Ir-rispons kien unanimu: 97% riedu mira ġdida lil hinn mill-2020, u 80% riedu mira fuq perjodu itwal ta’ żmien. Il-maġġoranza approvaw ukoll l-għanijiet tal-2030 għal tnaqqis minimu ta’ 40% fis-CO2/GHG, u appoġġjaw l-integrazzjoni ta’ mitigazzjoni u adattament tat-tibdil fil-klima taħt umbrella komuni.

Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija integrat ġdid tnieda mill-Kummissjoni Ewropea fil-15 ta’ Ottubru, 2015, waqt ċerimonja fil-Parlament Ewropew fi Brussell. It-tliet pilastri tal-Patt imsaħħaħ - mitigazzjoni, adattament, u enerġija sigura, sostenibbli u rħisa - ġew approvati b’mod simboliku.

Il-viżjoni tal-firmatarji

Il-firmatarji japprovaw viżjoni kondiviża għall-2050: li jaċċelleraw id-dekarbonizzazzjoni tat-territorji tagħhom, isaħħu l-kapaċità tagħhom li jadattaw għall-impatt inevitabbli tat-tibdil fil-klima, u li jippermettu li ċ-ċittadini tagħhom ikollhom aċċess għal enerġija sigura, sostenibbli u rħisa.

Impenji tal-firmatarji

Il-bliet firmatarji jimpenjaw ruħhom li jieħdu azzjoni biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ mira tal-UE biex inaqqsu l-gassijiet serra għal 40% sal-2030 u l-adozzjoni ta’ approċċ konġunt sabiex jittrattaw il-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima. Sabiex jittraduċu l-impenn politiku tagħhom f’miżuri u proġetti prattiċi, il-firmatarji tal-Patt iridu jippreparaw, b’mod speċjali, Inventarju tal-Emissjonijiet fil-Linja Bażi u r-Riskju tat-Tibdil fil-Klima u Evalwazzjoni ta’ Vulnerabilità. Huma jikkommettu li jissottomettu, fi żmien sentejn wara d-data tad-deċiżjoni tal-kunsill lokali, Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Enerġija Sostenibbli u l-Klima (Sustainable Energy and Climate Action Plan, SECAP) li jiddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet ewlenin li jippjanaw li jieħdu. L-istrateġija ta’ adattament għandha tkun parti mis-SECAP u/jew tiġi żviluppata u integrata f’(a) dokument(i) separat(i) dwar l-ippjanar - il-firmatarji jistgħu jagħżlu l-format li jixtiequ. Dan l-impenn politiku kuraġġuż hu l-bidu ta’ proċess fit-tul mal-bliet kommessi li jagħmlu rapport kull sentejn dwar il-progress tal-implimentazzjoni.

Sfond: L-oriġini tal-inizjattivi tal-Patt u ‘Is-Sindki Jadattaw’

Wara l-adozzjoni, fl-2008, tal-Pakkett tal-Klima u l-Enerġija tal-UE 2020, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Patt tas-Sindki biex tapprova u tappoġġja l-isforzi użati mill-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni tal-politiki ta’ enerġija sostenibbli.

Il-Patt tas-Sindki hu moviment uniku ġerarkiku li rnexxa fil-mobilizzazzjoni ta’ numru kbir ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni u jallokaw investimenti lejn miżuri ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Billi kompliet tibni fuq is-suċċess tal-Patt tas-Sindki, l-inizjattiva ‘Is-Sindki Jadattaw’ tnediet fl-2014, u kienet tiddependi fuq l-istess mudell ta’ governanza, li tistieden il-bliet biex jagħmlu impenji politiċi u jieħdu azzjoni biex jantiċipaw u jippreparaw għall-impatti inevitabbli tat-tibdil fil-klima. Fi tmiem l-2015, l-inizjattivi ngħaqdu taħt il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija integrat ġdid, li jadotta l-għanijiet tal-UE 2030 u approċċ integrat għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima.

Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali