Illustration PASS 1: Firma tal-Patt tas-Sindki

Il-ħolqien ta’ strutturi amministrattivi adegwati

Il-ħolqien ta’ politiki ta’ azzjoni għall-enerġija sostenibbli u l-klima huwa proċess ta’ sfida u jieħu ż-żmien li jrid jiġi ppreparat u mmaniġġjat kontinwament. Huwa jeħtieġ kollaborazzjoni u koordinazzjoni bejn dipartimenti varji fl-amministrazzjoni lokali, bħal protezzjoni ambjentali, użu tal-art u l-ippjanar tal-ispazju, l-ekonomija u l-affarijiet soċjali, l-immaniġġar tal-bini u l-infrastruttura, mobilità u trasport, baġit u finanzi, ksib, protezzjoni ċivili, eċċ.

Biex tirrinforaza l-kapaċità tiegħek biex twettaq l-oġġettivi tal-Patt tas-Sindki, l-istrutturi amministrattivi interni tiegħek għandhom ikunu aġġustati u imtejba. Għandhom jiġu assenjati dipartimenti speċifiċi b’kompetenzi adatti kif ukoll riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti dedikati għall-implimentazzjoni tal-impenji tal-Patt tas-Sindki. Huwa essenzjali li l-immaniġġar tal-enerġija sostenibbli u l-adattament għall-klima huwa integrat mal-azzjonijiet u l-inizjattivi l-oħra tad-dipartimenti muniċipali rilevanti, u inti trid tassigura li dan isir parti mill-ippjanar in ġenerali tal-awtorità lokali tiegħek.

Aktar informazzjoni: Ktejjeb ta’ gwida dwar il-Pjan ta’ Azzjoni u Pass 1,3. tal-Għodda ta’ Appoġġ għall-Adattament Urban.

Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali