Illustration PASS 1: Firma tal-Patt tas-Sindki

Żvilupp ta’ Inventarju Bażi tal-Emissjonijiet, Evalwazzjoni tar-Riskju & Vulnerabilità u Pjan ta’ Azzjoni.

  1. Żviluppa viżjoni ċara tal-istrateġija
  2. Ibni fuq l-attivitajiet eżistenti tiegħek
  3. Involvi liċ-ċittadini u partijiet interessati lokalment
  4. Stima u alloka riżorsi finanzjarji
  5. Agħmel Inventarju Bażi tal-Emissjonijiet
  6. Agħmel Evalwazzjoni tar-Riskju u l-Vulnerabiltà
  7. Żviluppa l-Pjan ta’ Azzjoni tiegħek

Żviluppa viżjoni ċara tal-istrateġija fit-tul tiegħek

Il-viżjoni għall-futur ta’ enerġija sostenibbli huwa l-prinċipju li jiggwida tal-firmatarji tal-Patt Hija sservi bħala l-komponent unifikattiv li lejha jistgħu jirreferu dawk interessati, li jfisser kulħadd minn mexxejja politiċi sa ċittadini u gruppi ta’ interess.

Il-viżjoni tiegħek trid tkun kompatibbli mal-impenji tal-Patt tas-Sindki: hija trid timplika li l-awtorità lokali ser tilħaq il-miri ta’ 40% tnaqqis fl-emissjonijiet CO2 sal-2030 u ser iżżid ir-reżiljenza tagħha għat-tibdil fil-klima. Aħna ninkoraġġuk li tkun aktar ambizzjuż!

Viżjoni bħal din għandha tkun waħda realistika li b’żieda tista’ tirrifletti valuri ġodda jew tkisser il-barrikati antiki li m’għandhomx ġustifikazzjoni aktar. Hija tiddeskrivi l-futur mixtieq tal-belt u hija espressa f’termini viżwali biex tagħmilha aktar mifhuma miċ-ċittadini u l-partijiet interessati. Żomm il-viżjoni tiegħek u l-oġġettivi tiegħek “INTELLIĠENTI”: Speċifiċi, Li jitkejlu, Jistgħu Jinkisbu, Realistiċi u Marbuta biż-żmien!

Aktar informazzjoni: Ktejjeb ta’ gwida dwar il-Pjan ta’ Azzjoni u Pass 4.4. tal-Għodda ta’ Apoġġ għall-Adattament Urban.

Ibni fuq l-attivitajiet eżistenti tiegħek

Fi ħdan muniċipalità, hemm ħafna ippjanar u politiki paralleli, iżda anke sinerġiji potenzjali fix-xogħol tad-diversi dipartimenti. Inti trid tidentifika l-politiki, pjanijiet, proċeduri u regolamenti munċipali, reġjonali u nazzjonali li jaffetwaw kwistjonijiet ta’ enerġija u klima fi ħdan l-awtorità lokali tiegħek. Inti tista’ tara u tiċċekkja l-oġġettivi u l-miri fid-dokumenti identifikati ma’dawk għal politika għall-enerġija sostenibbli u l-adattament għat-tibdil fil-klima. L-atturi u l-partijiet interessati rilevanti kollha jistgħu jkunu mistiedna biex jiddiskutu l-kunflitti potenzjali u s-sinerġiji.

Aktar informazzjoni: Ktejjeb ta’ gwida dwar il-Pjan ta’ Azzjoni u Pass 4.3. tal-Għodda ta’ Apoġġ għall-Adattament Urban.

Involvi liċ-ċittadini u l-partijiet interessanti lokali

L-iżvilupp ta’ Inventarju Bażi tal-Emissjonijiet, Valutazzjoni tar-Riskji u l-Vulnerabbiltà jew Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima jeħtieġu riżorsi sostanzjali. II-munċipalità tiegħek, speċjalment jekk hija waħda żgħira, jista’ jkollha diffikultà biex issib il-kapaċitajiet umani/finanzjarji u l-konoxxenza teknika biex tilħaq l-għanijiet tiegħu.

Madankollu, bil-għajnuna tal-Koordinaturi u l-Partitarji tal-Patt reġjonali tiegħek, sforzi bħal dawn jistgħu jinqasmu, u jinħolqu sinerġiji. Inti tista’ tistenna li l-Koordinaturi u l-Partitarji tal-Patt li jagħtuk pariri wiesa fuq l-aspetti kollha tal-azzjonijiet għall-enerġija u l-klima, kif ukoll għajnuna teknika utli fit-tfassil tal-Pjan ta’ Azzjoni tiegħek.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Koordinaturi u l-Partitarji tal-Patt, jekk jogħġbok ara t-taqsima “DWAR” tal-websajt.

Sehem iċ-ċittadin huwa ukoll cavetta għal bidla stimulanti fl-imġieba. Bħala Firmatarji tal-Patt, inti timpenja wkoll ruħek biex timmobilizza u tinvolvi liċ-ċittadini fil-proċess. Strateġiji ta’ informazzjoni, komunikazzjoni, żieda fil-konoxxenza, motivazzjoni u koordinazzjoni huma ingredjenti essenzjali għas-suċċess tiegħek!

Aktar informazzjoni: [Ktejjeb ta’ gwida dwar il-Pjan ta’ Azzjonihttp://www.covenantofmayors.eu/Cove... u Pass 1.6. tal-Għodda ta’ Appoġġ għall-Adattament Urban.

Mistoqsijiet?

[Ikklikkja hawnhekk=>http://www.covenantofmayors.eu/part...] biex tara jekk hemmx xi Koordinatur tal-Patt jew Partitarju tal-Patt fiż-żona tiegħek.

Stima u alloka riżorsi finanzjarji

Għandhom jiġu identifikati riżorsi finanzjarji għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġija fit-tul tiegħek, inklużi l-allokazzjonijiet/ri-allokazzjonijiet ewlenin fil-baġit muniċipali, id-durata korrispondenti u għejun ta’ finanzjament alternattiv potenzjali (pereżempju skemi ta’ finanzjament Ewropej/nazzjonali/reġjonali, ESCOs, Sħubija Pubblika-Privata eċċ)

Aktar informazzjoni: [Ktejjeb ta’ gwida dwar il-Pjan ta’ Azzjonihttp://www.covenantofmayors.eu/Cove... u Pass 4.2. tal-Għodda ta’ Appoġġ għall-Adattament Urban.

Agħmel Inventarju Bażi tal-Emissjonijiet

Il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 fil-livell lokali jiddependu fuq bosta fatturi: struttura ekonomika, livell ta’ attività ekonomika, popolazzjoni, densità, karatteristiċi tal-binjiet, użu u livell ta’ żvilupp tad-diversi modi ta’ żvilupp, imġieba taċ-ċittadini, klima, eċċ. Xi fatturi jistgħu jiġu influwenzati f’terminu qasir (bħall-imġieba taċ-ċittadini), waqt li oħra jistgħu jkunu influwenzati biss fit-terminu medju jew fit-tul (prestazzjoni enerġetika tal-binjiet). Huwa utili wieħed jifhem li l-influwenza ta’ dawn il-parametri, kif ivarjaw maż-żmien, u jidentifika fuq liema tista’ taġixxi l-awtorità lokali (fuq terminu qasir, medju u fit-tul). L-Inventarju Bażi tal-Emissjonijiet (BEI) jikkwantifika l-ammont ta’ emissjonijiet CO2 (jew ekwivalenti CO2) minħabba l-konsum tal-enerġija fit-territorju tal-firmatarju tal-Patt. Huwa jidentifika l-għejun ewlenin tal-emissjonijiet CO2 u l-potenzjali rispettivi tagħhom għat-tnaqqis.

Il-BEI huwa l-punt tat-tluq għall-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tal-elaborazzjoni tas-SECAP tiegħek, għax huwa jipprovdi għarfien tan-natura tas-setturi li jitfgħu s-CO2 u għalhekk jgħinek fl-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet xierqa. Aktar informazzjoni u appoġġ metodoloġiku: Patt II tal-linji gwida tas-SEAP.

Mistoqsijiet?

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur l-paġna tal-Mistoqsijiet Frekwenti fit-taqsima APPOĠĠ.

Agħmel Valutazzjoni tar-Riskju u l-Vulnerabiltà

Il-Valutazzjoni tar-Riskju mill-Klima u l-Vulnerabilità hija neċessarja għall-parti tal-adattament tal-elaborazzjoni tas-SECAP, kif ukoll ta’ kull xorta ta’ eżami mill-ġdid tal-linja bażi li l-ibliet ikunu jridu jagħmlu fil-proċessi ta’ adattament tagħhom. Dan l-eżami mill-ġdid għandu l-għan li joħloq bażi soda għat-tfassil tal-prijoritajiet u miri fit-tweiġba għat-tibdil fil-klima tal-belt jew tar-reġjun. Huwa jkejjel il-kundizzjonijiet preżenti tal-klima u t-tibdil mistenni, u jgħin biex ikunu evalwati l-elementi pożittivi u nuqqasijiet, riskji u opportunitajiet f’termini ta’ mitigazzjoni tal-klima u l-isforzita’ adattament.

L-Evalwazzjoni tar-Riskji fit-Tibdil fil-Klima u ta’ Vulnerabilità għandha tikkunsidra l-varjabbli tal-esponiment, sensittività y l-effetti relatati tagħhom (li jżidu l-vulnerabilità tal-belt), kif ukoll bħala evalwazzjoni tal-potenzjali ta’ adattament tagħhom, jew l-kapaċità adattiva, (li jnaqqsu l-vulnerabilità tal-belt).

(Sors: http;//www.localmanagement.eu/index...)

L-informazzjoni meħtieġa biex issir analiżi bħal din tiġi minn tliet dominji differenti li jinkludu:

  • Ix-xjenza dwar il-klima u bijofiżika – jiffoka fuq manifestazzjonijiet tat-tibdil fil-klima
  • Dominju tekniku – jiffoka fuq il-funzjonalità u l-vulnerabilità ta’ sistemi “iebsin” ‘* Dominju soċjo-ekonomiku – jiffoka fuq sistemi “ħfief”, b’mod partikulari l-governanza u s-sistema tal-immaniġġar kif ukoll is-sistemi soċjo-ekonomiċi.

Din l-evalwazzjoni tiddetermina l-vulnerabilità ta’ kull sistema tal-belt u tal-belt bħala tali u hija l-punt tat-tluq biex ikunu determinati miżuri effiċjenti għal adattament tal-muniċipalita tiegħek għall-effetti tat-tibdil fil-klima.

Aktar informazzjoni: Pass 2. tal-Għodda ta’ Appoġġ għall-Adattament Urban u [Pakkett ta’ Kapaċità ta’ Żvilupp għall-Awtoritajiet Lokali - http://www.localmanagement.eu/index...], kapitlu “Eżami tal-Bażi tal-Klima”.

Mistoqsijiet?

Żviluppa l-Pjan ta’ Azzjoni tiegħek

Is-SECAP huwa dokument strateġiku u operattiv li jiddefenixxi qafas komprensiv għall-oġġettivi tal-2030. Is-“C” fis-SECAP tirreferi għall-attivitajiet dwar l-adattament għall-klima, miżjuda fl-2015.

Il-proċess għal mitigazzjoni huwa identiku għal dawk relatati ms-SEAPs, li jagħmilha aktar faċli li testendi l-impenn tiegħek għal miri tal-2030. Inti xorta tista’ tuża d-dokumenti ta’ gwida eżistenti disponibbli fil-websajt tal-Patt tas-Sindki (APPOĠĠ . Librerija).

Is-SECAP huwa pjan ta’ azzjoni kompost minn parti jew aktar u mibni fuq l-“Inventarju Bażi tal-Emissjonijiet” (BEI) għal mitigazzjoni u l-“Evalwazzjoni tar-Riskju u l-Vulnerabilità” għal adattament: huwa jiddefinixxi kemm azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament.

Il-firmatarji jridu jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tas-SECAP tagħhom kull sentejn permezz ta’ rapport ta’ monitoraġġ. F’din l-okkażjoni, huma jistgħu jaġġustaw mill-ġdid il-prijoritajiet tagħhom u jeżaminaw mill-ġdid il-pjan ta’ azzjoni biex jiżguraw li jilħqu l-miri tagħhom.

Inti tista’ tagħti ħarsa lejn il-pjanijiet ta’ azzjoni diġà sottomiessi minn firmatarji tal-Patt fuq il-Paġna tal-Firmatarji fit-taqsima DWAR tal-websajt. Inti tista’ ssib ukoll xi eżempji ta’ azzjonijiet ta’ suċċess u li jistgħu ikunu replikati implimentati minn firmatarji. koordinaturi jew partitarji oħra – esplora l-katalgu onlajn tagħna ta’ Parametri Referenzjarji ta’ Eċċellenza!

Mistoqsijiet?

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur l-paġna tal-Mistoqsijiet Frekwenti fit-taqsima “APPOĠĠ”.

Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali