Illustration PASS 2: Sottomissjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tiegħek

Bħala firmatatrju tal-Patt tas-Sindki, inti tikkommetti ruħek li tissottometti l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima fi żmien sentejn wara d-deċiżjoni uffiċjali li tingħaqad mal-Patt tas-Sindki.

Is-SECAP tiegħek irid ikun approvat mill-kunsill lokali u mtella’ bil-lingwa nazzjonali tiegħek (jew bl-Ingliż) bl-użu tas-sistema ta’ sottomissjoni onlajn disponibbli permezz Il-Patt Tiegħi (żona ristretta b’password). Inti tkun meħtieġ, fl-istess ħin, li timla’ l-mudell tas-SECAP bl-Ingliż. Dan il-mudell jippermettilek tqassar ir-riżultati tal-Inventarju Bażi tal-Emissjonijiet (BEI) u tal-Evalwazzjoni tar-Riskju u l-Vulnerabilità (RVA) tiegħek kif ukoll l-elementi ewlenin tas-SECAP tiegħek.

Wara s-sottomissjoni, il-konsistenza tad-dejta tiegħek tkun ikkontrollata miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea. Ladarba l-mudell tas-SECAP tiegħek ikun eżaminat, jiġu ppublikati l-punti ewlenin tal-informazzjoni pprovduta fuq il-websajt tal-Patt tas-Sindki, taħt il-profil firmatarju tiegħek. Inti imbagħad tkun tista’ tqabbel l-azzjonijiet tiegħek u l-progress tiegħek ma’ firmatarji oħra.

Mistoqsijiet?

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur l-paġna tal-Mistoqsijiet Frekwenti fit-taqsima “APPOĠĠ”.

Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali