Illustration Firmatarji tal-Patt

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima ser tintrebaħ jew tintilef fiż-żoni urbani. Maġġoranza kbira tal-popolazzjoni Ewropea tgħix u taħdem fl-ibliet, waqt li tikkonsma 80% tal-enerġija użata fl-UE. L-amministrazzjonijiet lokali, bħala l-eqreb livell ta’ gvern għaċ-ċittadini, huma ideali sabiex jindirizzaw kwistjonijiet ambjentali f’manjiera komprensiva. Aktar u aktar bliet għalhekk qed jiddeċiedu li jilqgħu l-isfida, kif muri minn għadd dejjem jikber ta’ firmatarji tal-Patt tas-Sindki.

L-ibliet firmatarji ivarjaw fid-daqs minn irħula żgħar sa żoni metropolitani kbar bħal Londra u Pariġi.

L-impenji għall-Firmatarji tal-Patt huma marbuta mal-Qafas ta’ Politika għall-Klima u l-Enerġija tal-Unjoni Ewropea. Dawn jinkludu l-pakkett għall-klima u l-enerġija għall-2020 tal-Unjoni Ewropea għall-firmatarji li ngħaqdu bejn l-2008 u l-2015 u l-Qafas għall-klima u l-enerġija 2030 tal-Unjoni Ewropea kif ukoll L-istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-klima għall-firmatarji li ngħaqdu wara l-2015.

Minn Ottubru 2015, il-firmatarji tal-Patt impenjaw rwieħhom li jadottaw approċċ integrat għat-tnaqqis u adattament fit-tibdil fil-klima. Huma meħtieġa li jiżviluppaw Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima bil-għanijiet li jnaqqsu l-emissjonijiet CO2 b’mill-inqas 40% sal-2030 u jżidu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima fl-ewwel sentejn tal-adeżjoni.

Il-lista tal-ibliet li ffirmaw il-Patt tas-Sindki tista’ tinstab hawn taħt.