Il-firmatarji l-aktar ġodda
-
16/09/2010
- La Algaba -
11/03/2010
- Alcalalí -
26/02/2010
- Brembate di Sopra
Punti ta’ Riferiment ta’ Eċċellenza
Il-Patt tas-Sindki jipprovdi viżibilità għall-azzjonijiet ewlenin tal- Firmatarji u tal-Istrutturi ta’ Appoġġ tiegħu permezz ta’ dan is-sit elettroniku. Punti ta’ Riferiment ta’ Eċċellenza huma proposti bħala eżempji relevanti ta’ inizjattivi lokali li l-Firmatarji u l-Istrutturi ta’ Appoġġ tal-Patt wettqu fit-territorji tagħhom u jħossuhom partikolarment kburin bihom, u barra minn hekk, iqisu li huma azzjonijiet bżonnjużi li għandhom jiġu replikati minn awtoritajiet lokali oħrajn. Hekk kif jiżviluppa l-Patt, huwa mistenni li l-firmatarji tal-Patt jibbenefikaw minn numru kbir ta’ eżempji tajba bħal dawn.
‘Kif tissottometti Standard ta’ Eċċellenza?’
Il-Firmatarji u l-Istrutturi ta’ Appoġġ tal-Patt huma mistiedna biex jippubblikaw deskrizzjoni qasira tal-azzjonijiet ewlenin tagħhom [massimu ta’ tliet eżempji] fil-qasam tal-enerġija sostenibbli u l-mobilità bl- Ingliż (bil-qari tal-provi) jew fil-lingwa nattiva tagħhom. Dawn l- eżempji jistgħu jiġu ppubblikati u jkunu aġġornati regolarment permezz tar- Rokna tal-Firmatarji u tal-Istrutturi ta’ Appoġġ .
You will find the BoE here.
Rinunzja:
“Ir-responsabilità waħdanija għall-kontenut muri fuq il-paġni tal- Istandards ta’ Eċċellenza hija tal-awturi. Hija ma tirriflettix l- opinjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex responsabbli għal kwalunkwe użu li jista’ jsir mill-informazzjoni nkluża hemmhekk.”


