Illustration Bħala Sieħeb Assoċjat

Is-Sħab Assoċjati jikkontribwixxu għas-suċċess tal-Patt billi jaqsmu l-kompetenzi tagħhom mal-Firmatarji tal-Patt. Dawn jistgħu jipprovdu lill-awtoritajiet lokali bi gwida dwar l-iskjerament ta’ prattiki u soluzzjonijiet għall-enerġija sostenibbli fit-territorji tagħhom.

Min huwa eliġibbli?

Organizzazzjonijiet ibbażati fuq membri b’dimensjoni Ewropea jew internazzjonali li jikkwalifikaw mill-anqas għal wieħed mill-erba’ kategoriji li ġejjin:

  • Assoċjazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet finanzjarji bħal banek pubbliċi jew privati;
  • Assoċjazzjonijiet industrijali: Assoċjazzjonijiet umbrella Ewropej ta’ fornituri ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija li jġibu flimkien il-kumpaniji privati;
  • NGOs u assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
  • Korpi oħra: organizzazzjonijiet ibbażati fuq membri li kapaċi jpoġġu l-għarfien dwar l-enerġija tagħhom għas-servizz tal-Firmatarji tal-Patt.

X’inhuma l-impenji?

Is-Sħab Assoċjati jikkommettu ruħhom volontarjament għall-ħolqien ta’ sinerġiji mal-atturi tal-Patt tas-Sindki. B’mod partikolari dawn jimpenjaw ruħhom li:

  • Jaħtru persuna kuntatt biex taġixxi bħala kollegament mal-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki;
  • Jaqsmu informazzjoni dwar prattiki tajbin u/jew għodod ta’ użu għall-Firmatarji tal-Patt fit-twettiq tal-impenji tagħhom.

L-attivitajiet tas-Sħab Assoċjati jinkludu iżda mhumiex limitati għall-punti msemmija hawn fuq.

Il-Kummissjoni Ewropea tirriserva d-dritt li ttemm l-involviment tas-Sħab Assoċjat fil-Patt fi kwalunkwe ħin meta tqiesu neċessarju.

Kif tista’ tapplika?

L-entitajiet interessati li jikkwalifikaw mill-anqas għal wieħed mill-kategoriji deskritti hawn fuq jistgħu japplikaw biex isiru Sieħeb Assoċjat għall-Patt fi kwalunkwe mument.

Għalfejn issir Sieħeb Assoċjat?

Għaliex l-organizzazzjoni tiegħek tixtieq taħdem flimkien mal-Firmatarji tal-Patt fit-twettiq tal-impenji tagħhom.

Is-Sħab Assoċjati jibbenefikaw minn:

  • Rikonoxximent formali bħala Sieħeb Assoċjat għall-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki;
  • Viżibilità fuq il-websajt tal-Patt tas-Sindki f’taqsima speċjali ddedikata lis-Sħab Assoċjati;
  • Promozzjoni ta’ prattiki u għodod mal-Firmatarji tal-Patt.
Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali