Illustration Bħala Awtorità Lokali

L-awtoritajiet lokali għandhom rwol ewlieni fil-mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima. Il-parteċipazzjoni fil-Patt tas-Sindki tappoġġjahom fix-xogħol tagħhom, billi tipprovdilhom ir-rikonoxximent, ir-riżorsi u l-opportunitajiet ta’ kooperazzjoni neċessarji biex jieħdu l-impenji tal-enerġija u tal-klima tagħhom fil-livell li jmiss.

Min huwa eliġibbli?

Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija huwa miftuħ għall-awtoritajiet lokali kostitwiti demokratikament bi u minn rappreżentanti eletti, hu x’inhu d-daqs tagħhom u hu x’inhu l-istadju ta’ implimentazzjoni tal-politiki dwar l-enerġija u l-klima.

Awtoritajiet lokali ġirien żgħar jew medji jistgħu wkoll, taħt ċerti kundizzjonijiet, jiddeċiedu li jingħaqdu bħala grupp ta’ firmatarji u jissottomettu Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima konġunt, billi jew jikkommettu rwieħhom individwalment (għażla 1) jew kollettivament (għażla 2) għall-miri ta’ tnaqqis ta’ 40% fis-CO2 u sabiex iżidu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima – aktar informazzjoni fit-taqsima tal-Mistoqsijiet tal-websajt tal-Patt.

Kif tingħaqad?

Biex jingħaqdu mal-moviment li dejjem jikber, l-awtoritajiet lokali għandhom jsegwu l-proċess li ġej:

  • Jippreżenta l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija lill-kunsill muniċipali;
  • Ladarba i-kunsill ikun adotta riżoluzzjoni uffiċjali, jagħti mandatt lis-sindku – jew rappreżentant ekwivalenti tal-kunsill – biex jiffirma l-formola ta’ adeżjoni tal-Patt;
  • Wara l-firma, lesti l-informazzjoni tiegħek onlajn u tella’ l-formola ta’ adeżjoni iffirmata kif xieraq;
  • Ħu nota tal-passi li jmiss, imfissra f’ittra elettronika ta’ konferma mibgħuta lill-kunsill tal-awtorità lokali.

Meta tingħaqad?

L-awtoritajiet lokali jistgħu jiffirmaw il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija fi kwalunkwe żmien.

Għala tipparteċipa?

Il-firmatarji tal-Patt tas-Sindki jsibu bosta raġunijiet għala jingħaqdu mal-moviment, fosthom:

  1. Għarfien u viżibiltà internazzjonali kbira għall-azzjoni klimatika u l-enerġija tal-awtorità lokali.
  2. Opportunità li tikkontribwixxi għat-tfassal tal-politika tal-UE dwar il-klima u l-enerġija
  3. Impenji kredibbli permezz ta’ eżami u monitoraġġ tal-progress
  4. Opportunitajiet finanzjarji aħjar għall-proġetti lokali tagħhom dwar il-klima u l-enerġija
  5. Modi innovattivi kif tifforma netwerk, tiskambja esperjenzi u tibni l-ħiliet permezz ta’ avvenimenti regolari, ġemellaġġi u webinars jew diskussjonijiet onlajn
  6. Appoġġ prattiku (uffiċċju ta’ informazzjoni), materjal ta’ gwida u għodod
  7. Aċċess ta’ malajr għal “tagħrif ta’ eċċellenza” u każi ta’ studju ta’ ispirazzjoni
  8. Eżami tiegħek innifsek u skambju mal-isħab permezz ta’ template ta’ monitoraġġ u rrapportaġġ
  9. Qafas ta’ referenza flessibbli għal azzjoni, adatta għal ħtiġijiet lokali
  10. Kooperazzjoni imtejba u appoġġ minn awtoritajiet nazzjonali u sub nazzjonali.
Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali