Illustration Bħala Aġenzija tal-Enerġija Lokali u Reġjonali

L-Aġenziji tal-Enerġija Lokali u Reġjonali huma katalisti kbar tat-tkabbir u l-promozzjoni tal-Patt tas-Sindki. Il-kompetenza teknika tal-Aġenziji tal-Enerġija Lokali u Reġjonali (LAREAs) hija ta’ spiss kruċjali biex tiżgura t-twassil ta’ SEAPs ta’ kwalità tajba u l-implimentazzjoni tagħhom.

Min huwa eliġibbli?

Jeżistu flimkien diversi modalitajiet ta’ Aġenziji tal-Enerġija Lokali u Reġjonali. Il-maġġoranza tal-Aġenziji u n-netwerks tagħhom jistgħu jkunu eliġibbli u se jkunu mħeġġa jiffirmaw il-pleġġ u jsiru partitarji attivi tal-Inizjattiva tal-Patt tas-Sindki, ħlief għal dawk l-aġenziji li jagħmlu qligħ, b’mandat ta’ proġetti individwali u ffinanzjati l-aktar privatament. Madankollu, id-deċiżjoni se tittieħed każ b’każ, u l-eliġibilità tista’ tiġi vverifikata mill-helpdesk billi tibgħat imejl lil: coordinators[at]eumayors.eu

Kif tista’ tipparteċipa?

  • Imla’ l-formola tal-applikazzjoni onlajn: www.eumayors.eu/registration/lareas_mt.html
  • Wara li tiġi vverifikata l-eliġibilità tal-organizzazzjoni, jintbagħat pleġġ lill-aġenzija.
  • Wara l-firma, l-aġenzija se tkun rikonoxxuta uffiċjalment fuq il-websajt tal-Patt tas-Sindki.

Għalfejn tipparteċipa?

Il-LAREAs jiksbu valur miżjud kbir mill-involviment tagħhom fil-Patt tas-Sindki, inkluż opportunitajiet biex:

  1. Joħolqu jew jirrinforzaw id-dinamika fuq it-tnaqqis ta’ CO2 fit-territorju tagħhom;
  2. Jaqsmu l-kompetenzi żviluppati fit-territorju tagħhom ma’ oħrajn;
  3. Jiksbu rikonoxximent u viżibilità aħjar fuq skala internazzjonali;
  4. Jagħmlu t-territorju tagħhom magħruf bħala pijunier;
  5. Jipparteċipaw f’forma, sessjonijiet ta’ ħidma u gruppi ta’ diskussjoni dedikati;
  6. Jirreklamaw il-kisbiet tagħhom fuq il-websajt tal-Patt;
  7. Jibbenefikaw mill-inkoraġġiment u l-eżempju ta’ pijunieri oħrajn.
Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
with the polical support of the ec with the polical support of the ec. website coordinated by the covenant office.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali