Illustration Bħala Netwerk ta’ Awtoritajiet Lokali

In-netwerks u l-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali huma katalisti kbar tat-tkabbir u l-promozzjoni tal-Patt tas-Sindki. L-għarfien estensiv tagħhom tal-kuntesti lokali u nazzjonali jagħmilhom intermedjarji indispensabbli bejn l-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki u l-firmatarji.

Min huwa eliġibbli?

Netwerks u assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jipparteċipaw bħala Partitarji tal-Patt. Bħala tali, huma notevolment iwiegħdu li jippromwovu l-Patt tas-Sindki għall-Klima & Enerġija fost il-membri tagħhom, jiggwidawhom matul il-proċess tal-Patt u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ esperjenza.

Jekk tkun teħtieġ aktar kjarifiki, jekk jogħġbok ikuntattja lill-Helpdesk tal-Kordinaturi tal-Patt fuq coordinators[at]eumayors.eu.

X’inhuma l-impenji?

  • Jippromwovu l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki, jimmobilizzaw firmatarji eżistenti u potenzjali
  • Jappoġġaw u jagħtu pariri lill-firmatarji tal-Patt tas-Sindki
  • Jappoġġjaw u jiskambjaw għarfien, esperjenzi, prattiki tajbin, għodod jew riżorsi relevanti għall-firmatarji tal-Patt
  • Jaħdmu bi sħubija ma’ Partitarji u Koordinaturi Nazzjonali/Territorjali tal-Patt biex ikabbru azzjoni konġunta u jippromwovu approċċ koordinat
  • Li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Patt tas-Sindki
  • Jirrapportaw regolarment, iżda mhux anqas minn kull sentejn, lill-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindku dwar l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-inizjattiva.

>> Patt tas-Sindki Partitarji impenn

F’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni u impenn insuffiċjenti, l-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki għandu d-dritt jissospendi l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjoni bħala Koordinatur tal-Patt.

Kif tista’ tapplika?

L-amministrazzjonijiet pubbliċi interessati li jiksbu l-istatus ta’ Koordinatur tal-Patt għandhom iwettqu l-proċess li ġej:

  • Jimlew il-formola ta’ adezjoni onlajn;
  • Wara l-konferma tal-eliġibilità, jikkompletaw l-istqarrija ta’ impenn mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki
  • Wara li jirċievi l-istqarrija ta’ impenn mimlija sewwa u ffirmata, l-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki joħloq profil onlajn għall-organizzazzjoni tiegħek. Dan jippermettilek li tipparteċipa attivament fil-komunità tal-Patt tas-Sindki u jgħinek sabiex tappoġġa aħjar lill-firmatarji assoċjati tiegħek.

Għalfejn għandek tipparteċipa?

Il-vantaġġi li ssir Partitarju tal-Patt huma ħafna:

  • L-approvazzjoni u r-rikonoxximent mill-Kummissjoni Ewropea
  • Tikseb viżibilità kbira fuq skala internazzjonali, notevolment permezz tal-promozzjoni tal-azzjonijiet tiegħek fuq il-websajt tal-Patt
  • Netwerking, u qsim ta’ esperjenza u għarfien mal-kontrapartijiet Ewropej
  • Possibbiltà li tippromwovi l-aħjar prattiċi tal-awtoritajiet lokali u tiegħek
  • Parteċipazzjoni fi gruppi ta’ diskussjoni ddedikati, laqgħat tax-xogħol u pjattaformi oħra għal skambji ta’ esperjenzi
  • Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, konsolidazzjoni tal-iżvilupp territorjali u tisħiħ tal-governanza lokali
Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali