Illustration Bħala Provinċja jew Reġjun

Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija jaf parti l-kbira mis-suċċess tiegħu għall-parteċipazzjoni attiva ta’ reġjuni, provinċji u awtoritajiet pubbliċi oħra li jpoġġu r-riżorsi u l-għarfien tagħhom għas-servizz tal-firmatarji. Rikonoxxuti bħala Koordinaturi tal-Patt mill-Kummissjoni, huma jaġixxu bħala alleati ewlenin fit-twassil tal-messaġġ u ż-żieda tal-impatt tal-Patt.

Min huwa eliġibbli?

Il-provinċji, ir-reġjuni, il-korpi pubbliċi nazzjonali, iż-żoni metropolitani, il-gruppi ta’ awtoritajiet lokali…. Kull awtorità pubblika li tikkommetti ruħha uffiċjalment li tipprovdi gwida strateġika, appoġġ finanzjarju u tekniku lill-firmatarji tal-Patt se tkun rikonoxxuta uffiċjalment bħala Koordinatur tal-Patt mill-Kummissjoni Ewropea.

Jekk tkun teħtieġ aktar kjarifiki, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-Koordinaturi tal-Patt fuq coordinators[at]eumayors.eu.

X’inhuma l-impenji?

  • Li jippromwovu l-adeżjoni mal-Patt tas-Sindki fost il-muniċipalitajiet fit-territorji tagħhom u jipprovdu appoġġ u koordinazzjoni lil dawk il-muniċipalitajiet li jiffirmaw;
  • Li jipprovdu assistenza teknika u strateġika lil dawk il-muniċipalitajiet li lesti jipparteċipaw fil-Patt iżda huma nieqsa mir-riżorsi neċessarji biex jippreparaw Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli;
  • Li jipprovdu appoġġ finanzjarju u opportunitajiet lill-muniċipalitajiet biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli tagħhom;
  • Li jassistu fl-organizzazzjoni ta’ jiem għall-enerġija lokali biex joħolqu sensibilizzazzjoni u;
  • Li jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba u jipparteċipaw fl-implimentazzjoni strateġika tal-Patt.

F’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni u impenn insuffiċjenti, il-Kummissjoni Ewropea għandha d-dritt tissospendi l-parteċipazzjoni ta’ reġjun jew provinċja bħala Koordinatur tal-Patt.

Kif tista’ tapplika?

L-amministrazzjonijiet pubbliċi interessati li jiksbu l-istatus ta’ Koordinatur tal-Patt għandhom iwettqu l-proċess li ġej:

  • Jimlew formola ta’ espressjoni ta’ interess onlajn;
  • Wara l-konferma tal-eliġibilità, jikkompletaw il-formola tal-ftehim li trid tiġi ffirmata wkoll mill-Kummissjoni Ewropea;
  • Wara l-firma tal-ftehim miż-żewġ partijiet, jaġġornaw il-profil onlajn maħluq ġdid tagħhom bl-informazzjoni komprensiva dwar is-servizzi u l-appoġġ li beħsiebhom jipprovdu lill-firmatarji.

Għalfejn għandek tipparteċipa?

  • Il-vantaġġi li ssir Koordinatur tal-Patt huma ħafna:
  • L-approvazzjoni u r-rikonoxximent mill-Kummissjoni Ewropea;
  • Viżibilità kbira fuq skala internazzjonali, notevolment permezz tal-promozzjoni tal-azzjonijiet tiegħek fuq il-websajt tal-Patt;
  • Skambju ta’ esperjenzi mal-kontrapartijiet Ewropej;
  • Reazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi dwar l-għodod u l-metodoloġiji żviluppati;
  • Parteċipazzjoni fi gruppi ta’ diskussjoni ddedikati, laqgħat tax-xogħol u pjattaformi oħra għal skambji ta’ esperjenzi.
  • Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, konsolidazzjoni tal-iżvilupp territorjali u tisħiħ tal-governanza lokali.
Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali