Illustration Strumenti ta’ Finanzjament

Din it-taqsima tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ programmi u inizjattivi finanzjarji disponibbli għall-Firmatarji tal-Patt.

Quick Reference Guide

PDF - 1.1 Mb
Quick Reference Guide – Financing Opportunities for Local Sustainable Energy & Climate Actions 2014-2020
Short guide outlining financing funds, programmes and schemes in a matrix format, making financing opportunities easy to find for Covenant Signatories and Coordinators.
čeština (cs), dansk (da), Deutsch (de), English (en), español (es), français (fr), italiano (it), magyar (hu), Nederlands (nl), português (pt), slovenčina (sk)
PDF - 932.3 kb
Use of European Regional Development Funds 2007-2013 & 2014-2020 in Italian Regions for the Covenant of Mayors
The aim of this report is to list, region by region, the financial support given to municipalities through the European Regional Development Funds (inclusive of regions that are not officially Covenant Territorial Coordinators).
English

SKEMI INNOVATTIVI TA’ FINANZJAMENT

Sabiex issir taf kif il-Firmatarji tal-Patt l-oħra qed jibbenefikaw minn dawn u riżorsi oħra, aqra l-ġabra ta’ studji ta’ każijiet elenkati fil-Fuljett Tematiku tal-Patt dwar il-finanzjament. Għandek issib lista ta ’riżorsi utli fil-qiegħ tal-paġna.

PDF - 3.2 Mb
Thematic leaflet on Inspirational Financing Schemes: Food for Thought for Covenant Signatories
This Thematic Leaflet seeks to provide an overview of the different funding opportunities available to Covenant Signatories at the local, regional, national and European level.
български (bg), čeština(cs), dansk (da), Deutsch (de), eesti (et), ελληνικά (el), English (en), español (es), français (fr), Gaeilge (ga), italiano (it), lietuvių (lt), latviešu (lv), magyar (hu), Malti (mt), Nederlands (nl), polski (pl), português (pt), română (ro), slovenčina (sk), slovenščina (sl), suomi (fi), svenska (sv)

FONDI EWROPEJ ĠESTITI FIL-LIVELL NAZZJONALI U REĠJONALI

Fondi Strutturali u Fond ta’ Koeżjoni

Il-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea hija maqsuma fi tliet strumenti ta’ finanzjament ewlenin:

  • Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)
  • Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE)
  • Il-Fond ta’ Koeżjoni (FK)

Għal aktar informazzjoni

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika u l-użu ta’ enerġija rinnovabbli fl-akkomodazzjoni eżistenti.

  • F’kull Stat Membru, l-infiq fuq it-titjib fl-effiċjenza enerġetika u fuq l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-akkomodazzjoni eżistenti għandu jkun eliġibbli sa’ ammont ta’ 4% tal-allokazzjoni totali tal-FEŻR.
  • L-Istati Membri għandhom jemendaw il-prijoritajiet eżistenti biex jallokaw mill-ġdid il-fondi irċevuti (FEŻR) lejn miżuri għall-iffrankar tal-enerġija fl-akkomodazzjoni eżistenti
  • Ebda approvazzjoni formali tal-Programmi Operattivi mill-Kummissjoni Ewropea ma hi meħtieġa
  • L-Istati Membri ma jeħtieġux jistennew sa tmiem l-2013 biex jimplimentaw il-bidliet neċessarji

Għal aktar informazzjoni

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ‘Politika reġjonali li tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa’

Assistenza teknika JESSICA

JESSICA - Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli fiż-Żoni tal-Ibliet – hija inizjattiva żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment, f’kollaborazzjoni mal-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa.

Taħt il-proċeduri ġodda, Stati Membri jew reġjuni jingħataw l-għażla li jużaw il-fondi strutturali biex jagħmlu investimenti li jinfdew fi proġetti li jifformaw parti minn pjan integrat għall-iżvilupp urban sostenibbli. Dawn l-investimenti, li jistgħu jkunu fil-forma ta’ ekwità, self u/jew garanziji, jingħataw lil proġetti permezz ta’ Fondi għall-Iżvilupp Urban u, jekk meħtieġ, Fondi ta’ Depożitu.

Għal aktar informazzjoni

Assistenza teknika JASPERS

JASPERS - Assistenza Konġunta għal Sostenn ta’ Proġetti f’Reġjuni Ewropej – tassisti t-12-il Stat Membru tal-UE Ċentrali u tal-Lvant fil-preparazzjoni ta’ proġetti kbar li jridu jiġu sottomessi għal finanzjament taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni. L-għan huwa li jiżdiedu l-kwantità u l-kwalità tal-proġetti li jintbagħtu għal approvazzjoni lis-servizzi tal-Kummissjoni. L-assistenza JASPERS, li tingħata mingħajr ħlas, għandha l-għan li taċċellera l-assorbiment tal-fondi disponibbli.

Għal aktar informazzjoni

Programm ta’ kooperazzjoni INTERREG IV A

Il-programm jappoġġja l-kooperazzjoni transkonfinali mal-konfini ta’ ġewwa kollha tal-UE. L-għan huwa li jitjieb l-iskambju ta’ esperjenzi bejn ir-reġjuni Ewropej u li jinsabu soluzzjonijiet konġunti għall-problemi li jfeġġu. L-idea ewlenija hija l-prevenzjoni ta’ duplikazzjoni u li jiġu replikati aktar malajr politiki u strateġiji ta’ suċċess implimentati x’imkien ieħor. Il-valur miżjud ta’ proġetti bħal dawn kultant huwa intanġibbli – titjib fl-għarfien, kapaċitajiet, kuntatti, u esperjenzi ġodda, kultant jiġu finanzjati azzjonijiet pilota u investimenti f’assi tanġibbli.

Għal aktar informazzjoni

Programmi ta’ kooperazzjoni INTERREG IV B

Proġetti pilota, preparazzjoni ta’ investimenti u investimenti żgħar huma permessi f’din it-tip ta’ kooperazzjoni.

Għal aktar informazzjoni


FONDI EWROPEJ ĠESTITI ĊENTRALMENT MILL-KUMMISSJONI EWROPEA

Programmi ta’ kooperazzjoni INTERREG IV C & URBACT

Kooperazzjoni interreġjonali (INTERREG IV C): Proġetti li huma strettament iffukati fuq l-iskambju ta’ esperjenzi u ċertu inizjattivi pilota żgħar – metodoloġiji u għodod tal-ittestjar. L-attivitajiet ta’ investiment mhumiex appoġġjati.

Għal aktar informazzjoni

URBACT: Programm Ewropew ta’ skambju u tagħlim għall-ibliet li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli urban. L-ibliet jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw soluzzjonijiet għal sfidi kbar urbani, u jaffermaw mill-ġdid ir-rwol prinċipali li jilgħabu fl-iffaċċjar ta’ sfidi soċjali dejjem iżjed kumplessi.

Għal aktar informazzjoni

Orizzont 2020

Il-programm Orizzont 2020 kien imniedi fl-2014 bħala suċċessur għal Enerġija Intelliġenti Ewropea->http://ec.europa.eu/energy/intellig...].

Orizzont 2020 huwa l-istrument finanzjarju li jimplimenta l-Unjoni ta’ Innovazzjoni, inizjattiva ewlenija ta’ Ewropa 2020 li għandha l-għan li tiżgura l-kompetittività globali tal-Ewropa. Orizzont 2020, il-programm għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ €80 biljun tal-Kummissjoni Ewropea se jiffoka fuq ix-xjenza ta’ eċċellenza, it-tmexxija industrijali u l-ġestjoni tal-isfidi soċjetali. Hemm numru ta’ sejħiet li joffru finanzjament biex jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi jimplimentaw politiki ta’ enerġija sostenibbli.

Għal aktar informazzjoni

Il-faċilità ELENA

ELENA - Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali – hija l-faċilità li tipprovdi għotjiet għall-assistenza teknika. Il-firxa wiesgħa ta’ miżuri eliġibbli għal appoġġ finanzjarju bħal dawn tinkludi: studji ta’ fattibilità u tas-suq; strutturar ta’ programmi ta’ investiment; pjanijiet ta’ negozju; verifiki tal-enerġija; preparazzjoni ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti u arranġamenti kuntrattwali u allokazzjoni tal-ġestjoni tal-programmi ta’ investiment lil personal ġdid. L-għan huwa li jinġabru flimkien proġetti lokali mxerdin f’investimenti sistematiċi u li dawn isiru bankabbli.

L-azzjonijiet li jinsabu fil-pjanijiet ta’ azzjoni u programmi ta’ investiment tal-muniċipalitajiet għandhom jiġu finanzjati permezz ta’ mezzi oħra, bħal self, ESCOs jew fondi strutturali.

ELENA hija finanzjata permezz tal-programm Ewropew Enerġija Intelliġenti – Ewropa b’baġit annwali ta’ €15 miljun.

Għal aktar informazzjoni

ELENA-KfW

Din il-faċilità ġdida ta’ assistenza teknika ġiet imnedija mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mal-German group KfW. Din tappoġġja proġetti ta’ investiment ta’ daqs medju ta’ anqas minn €50 miljun li jiffokaw fuq il-krediti tal-karbonju.

ELENA-CEB

Żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea fi sħubija mal-Bank tal-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa, ELENA-CEB se tipprovdi assistenza teknika għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ investiment li jimmiraw lejn l-akkomodazzjoni soċjali.

Għal aktar informazzjoni

BERŻ-ELENA

Il-faċilità ta’ BERŻ-ELENA tappoġġa t-tħejjija u l-mobilizzazzjoni tal-finanzjament għal investimenti fl-enerġija sostenibbli mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u korpi pubbliċi oħrajn.

Il-faċilità se tkopri sa 90% tal-ispejjeż totali tal-kooperazzjoni teknika (KT) meħtieġa għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ investimenti fl-enerġija sostenibbli fis-settur muniċipali, inklużi l-istudji tal-fattibilità u tas-suq, l-identifikazzjoni u t-tħejjija tal-proġetti eliġibbli, l-ippjanar tan-negozju, l-awditjar tal-enerġija, l-implimentazzjoni u l-verifika ta’proġetti, l-istabbiliment ta’ unitajiet ta’ implimentazzjoni tal-proġetti, it-tħejjija tad-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti u t-tnedija tal-proċess tas-sejħa għall-offerti.

Il-faċilità tappoġġja ħames tipi ta’ proġetti ta’ investiment fl-effiċjenza enerġetika appoġġjati mill-BERŻ:

  • proġetti ta’ bini muniċipali,
  • proġetti ta’ tisħin distrettwali,
  • proġetti ta’ transport urban,
  • proġetti ta’ infrastruttura lokali,
  • u infrastruttura tal-utilitajiet.

Il-pajjiżi eliġibbli huma: il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Estonja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja.

Għal aktar informazzjoni

Ħossok liberu li tikkuntattja l-BERŻ għal aktar informazzjoni.

Smart Cities

Il-Firmatarji tal-Patt li ħadu impenn politiku biex jimmitigaw it-tibdil fil-klima u żviluppaw pjan ta’ azzjoni ħolistiku għall-enerġija sostenibbli għat-territorji tagħhom jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-komponent teknoloġiku tal-politika tal-enerġija tal-Ewropa. L-inizjattiva Smart Cities se tappoġġja numru limitat ta’ proġetti akbar iffukati fuq it-teknoloġija ta’ bliet u reġjuni li fihom miżuri pijunieri fl-użu sostenibbli u l-produzzjoni tal-enerġija kif ukoll fil-mobilità.

Din se timxi fuq l-inizjattivi l-oħra tal-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (SET-Plan), b’mod partikolari l-Inizjattiva Ewropa Solari u l-Inizjattiva Ewropea dwar il-Grilji tal-Elettriku, kif ukoll fuq is-sħubija pubblika-privata tal-UE għal Bini u Karozzi Ekoloġiċi, stabbilita taħt il-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku.

Għal aktar informazzjoni

Faċilità Ewropea għall-Effiċjenza fl-Enerġija

Fond ta’ investiment Ewropew ġdid għal proġetti tal-enerġija sostenibbli għandu jiġi mniedi fl-2011. Dan il-fond se juża l-€146 miljun li ma ntefqux mill-Programm Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku, supplimentat mill-kofinanzjament mill-Bank Ewropew għall-Investiment, sabiex jingħataw ekwitajiet, garanziji u prodotti ta’ debitu lill-awtoritajiet pubbliċi u l-entitajiet li jaġixxu f’isimhom. Il-fond se jiffoka fuq l-investimenti fil-bini, l-infrastruttura tal-enerġija lokali, l-installazzjonijiet rinnovabbli distribwiti u l-mobilità urbana.

Faċilità Finanzjarja Muniċipali

Il-Faċilità Finanzjarja Muniċipali hija inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) għall-iżvilupp u l-istimulazzjoni tas-self minn banek kummerċjali lil muniċipalitajiet ta’ daqs żgħir u medju u l-kumpaniji tal-utilitajiet tagħhom fil-pajjiżi tal-UE li ngħaqdu mal-UE fl-2004 (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Repubblika Slovakka u s-Slovenja flimkien mal-Bulgarija u r-Rumanija). Il-faċilità tikkombina l-finanzi tal-BERŻ fil-forma ta’ self fit-tul u/jew kondiviżjoni tar-riskju.

Għal aktar informazzjoni

Inizjattiva għall-Enerġija Sostenibbli

Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) jappoġġja l-proġetti muniċipali għall-enerġija sostenibbli fil-pajjiżi tal-operat tiegħu.

L-oqsma tal-intervent (eż. infrastruttura tal-enerġija muniċipali, trasport, suq tal-karbonju, eċċ) jimmiraw lejn il-muniċipalitajiet, il-banek lokali, l-Intrapriżi ta’ Daqs Żgħir u Medju u atturi oħra lokali.

Għal aktar informazzjoni


Riżorsi Utli

PDF - 3.2 Mb
Thematic leaflet on Inspirational Financing Schemes: Food for Thought for Covenant Signatories
This Thematic Leaflet seeks to provide an overview of the different funding opportunities available to Covenant Signatories at the local, regional, national and European level.
български (bg), čeština(cs), dansk (da), Deutsch (de), eesti (et), ελληνικά (el), English (en), español (es), français (fr), Gaeilge (ga), italiano (it), lietuvių (lt), latviešu (lv), magyar (hu), Malti (mt), Nederlands (nl), polski (pl), português (pt), română (ro), slovenčina (sk), slovenščina (sl), suomi (fi), svenska (sv)
FUNDING
Title Author Date
Smart Cities Financing Guide - Expert analysis of 28 municipal finance tools for city leaders investing in the future Smart Cities Council. Developed by the Center for Urban Innovation at Arizona State University 2015
Final report of the CSI Europe European Commission, URBACT network 2015
"Energy Efficiency – the first fuel for the EU Economy : How to drive new finance for energy efficiency investments" Energy Efficiency Financial Institutions Group (EEFIG) 2014
Overcoming the split incentive barrier in the building sector JRC 2014
Financing Sustainable Urban Mobility Booz&Co 2014
Local Innovations to Finance Cities and Regions FMDV 2014
"Enabling synergies between European Structural and Investment Funds, Horizon 2020 and other research, innovation and competitiveness-related Union programmes" European Commission’s Directorate-General for Regional Policy 2014
"Technical guidance: Financing the energy renovation of buildings with Cohesion Policy funding" European Commission’s Directorate-General for Energy 2014
Using EU funding mechanism for Smart Cities European Commission November 2013
The new LIFE financial instruments European Commission 2014
Interim report on the pilot phase of the Europe 2020 project bond initiative European Commission 2013
Closing the circle: funding schemes for energy efficiency investments in 2014-2020 European Investment Bank 2014
Bonds and climate change: The state of the market in 2014 Climate Bonds Initiative 2014
URBAN MOBILITY
Title Author Date
Guidelines - Developing and Implementing a Sustainable Urban Mobility Plan Rupprecht Consult September 2011
Final ADVANCE Audit Scheme and Guidelines (Auditing and certification scheme to increase the quality of sustainable urban mobility plans in cities) Traject November 2013
ENERGY COOPERATIVES
RESCOOP Final Report Dirk Vansintjan 2015
RESCOOP Best practices report RESCOOP 20-20-20 consortium 2014
RESCOOP Guide to engage and manage stakeholders RESCOOP 20-20-20 consortium 2014
Handbook on investment schemes for RESCOOP projects RESCOOP 20-20-20 consortium 2014
PUBLIC LIGHTING
Title Author Date
Financing public lighting modernisation Covenant of Mayors Office December 2015
Guide: Energy Performance Contracting for Streetlight Refurbishment Streetlight-EPC project 2015
Checklist: Energy Performance Contracting for Streetlight Refurbishment Streetlight-EPC project 2015
FAQs: Energy Performance Contracting for Streetlight Refurbishment] Streetlight-EPC project 2015
TOOLS
FRESH - Financial simulation tool (See introduction to use here) ICE 2013
SDH Online Calculator - (See description here) Steinbeis 2014
CEEM (self assessment) online tool CEEM 2014
HES (self assessment) online tool HES 2012
E-RETROFIT-KIT (tool kit for passive house retrofit) E-Retrofit 2007
LEAF LEAF 2014
Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali