1913 Il-bliet iridu Ewropa aktar nadifa.

Tiegħek qiegħda ġewwa jew barra?

Latest SEAP’s online

Issieħeb issa

There are currently

80 Supporting
Structures

and the number is growing...

Strutturi ta’ Appoġġ

Il-Patt tas-Sindki huwa miftuħ għall-bliet ta’ kull daqs fl-Ewropa. Dawk il-bliet u rħula li mgħandhomx riżorsi suffiċjenti biex ifasslu u jimplimentaw il-pjan ta’ azzjoni tagħhom stess għandhom jiġu appoġġjati mill-amministrazzjonijiet b’kapaċitajiet bħal dawn.

L-Istrutturi ta’ Appoġġ huma definiti bħala dawk l- amministrazzjonijiet pubbliċi li huma f’pożizzjoni li jipprovdu gwida strateġika, appoġġ finanzjarju u tekniku lill- muniċipalitajiet bir-rieda politika li jiffirmaw il-Patt tas-Sindki, iżda li mgħandhomx il-ħiliet u/jew ir-riżorsi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tiegħu, jiġifieri t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Enerġija. Dawn l-Istrutturi ta’ Appoġġ jistgħu jkunu korpi pubbliċi nazzjonali u reġjonali, kontei, provinċji, agglomerazzjonijiet, bliet “konsulenti” (mentor cities) eċċ.

Il-kompiti tipiċi jinkludu:

  • Jippromwovu l-adeżjoni mal-Patt tas-Sindki fost il-muniċipalitajiet fiż-żona tagħhom u jipprovdu appoġġ u koordinazzjoni lil dawk il- muniċipalitajiet li jiffirmaw;
  • Jipprovdu assistenza teknika u strateġika lil dawk il- muniċipalitajiet li huma lesti li jissieħbu fil-Patt iżda li mgħandhomx ir- riżorsi meħtieġa sabiex iħejju pjan ta’ azzjoni tal-enerġija sostenibbli;
  • Jipprovdu appoġġ finanzjarju jew opportunitajiet lill- muniċipalitajiet għall-ispiża relatata mat-tħejjija ta’ SEAP;
  • Jappoġġjaw l-implimentazzjoni tas-SEAPs u l-organizzazzjoni ta’ jiem lokali dwar l-enerġija sabiex titqajjem kuxjenza; u
  • Jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba u jipparteċipaw fl-implimentazzjoni strateġika tal-Patt.

It-tieni tip ta’ strutturi ta’ appoġġ huma netwerks ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali li jimpenjaw ruħhom li jtejbu l- impatt tal-Patt billi jippromwovu l-inizjattiva, jikkollaboraw mal-membri tagħhom, jiffaċilitaw l-iskambju tal-esperjenza u jiddefendu l-interess komuni fil-fora adegwati.

L-Istrutturi ta’ Appoġġ għandhom ukoll vokazzjoni li jżommu kuntatt mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiżguraw li l-Patt jiġi implimentat bl-aqwa mod possibbli. L-Istrutturi ta’ Appoġġ huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala alleati prinċipali biex iwasslu l-messaġġ u jżidu l- impatt tal-Patt.

L-aġenziji tal-enerġija lokali u reġjonali jistgħu jipprovdu appoġġ utli għall-firmatarji tal-Patt. Għal lista ta’ aġenziji tal-enerġija lokali u reġjonali, il-firmatarji huma mistiedna jikkonsultaw il-websajt ta’ ManagEnergy .

L-aħħar aġġornament : 2010-08-29 13:45:38 | Fuq